Web Analytics Made Easy - Statcounter

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Ġebla ta' Majmuna - Wikipedija

Ġebla ta' Majmuna

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Il-Ġebla ta' Majmuna, magħrufa wkoll bħala il-Ħaġra ta' Majmuna, hija waħda mill-iktar sejbiet arkeoloġiċi mportanti f'Malta assoċjati ma' żmien il-Ħakma ta' l-Għarab. Dan il-kapulavur fil-Kalligrafija kufija ġie magħmul bħala tifkira ta' tifla Għarbija li mietet nhar il-Ħamis, 21 ta' Marzu, 1174 u fuqu hemm talba ta' missier biex jingħata s-saħħa spiritwali sabiex jaffronta t-telfa ta' bintu.


Il-Ġebla ta' Majmuna
Il-Ġebla ta' Majmuna

Għal ħafna snin ingħad li l-Ġebla ta' Majmuna nstabet Għawdex viċin ix-Xewkija jew is-Sannat. Tant hu hekk li f'Għawdex stess hemm post li għadu jġib l-isem ta' Majmuna. Madanakollu, m'hemm l-ebda evidenza bil-miktub li ssaħħah din l-ipoteżi. Fil-fatt, l-oriġini tal-ġebla m'humiex ċari.

L-iskrizzjoni hija mnaqqxa fuq biċċa rħam minn fdalijiet Rumani. Din kienet prattika komuni ħafna fl-Afrika ta' Fuq, fejn fdalijiet Rumani kienu jiġu misruqa għall-ġebel u l-irħam tagħhom. B'hekk huwa wkoll possibbli li dil-ġebla oriġinat minn xi pajjiż fl-Afrika ta' Fuq. Għal ħafna żmien il-ġebla kienet ikkunsidrata bħala evidenza li Malta, minkejja t-tmiem tal-ħakma Għarbija mal-wasla tal-Konti Ruġġieru fl-1090, xorta waħda baqgħet influwenzata b'mod konsiderevoli mill-kultura Għarbija. Dan l-argument, però, ma jidhirx li għandu bażi soda f'din is-sejba.

Fl-1839 din il-lapida ġiet f'idejn il-familja Xara, u mingħandhom għaddiet f'idejn il-Baruni Giuseppe Maria de Piro li fl-1845 taha lil-librerija pubblika.

L-interpretazzjoni korretta tal-kitba kienet sfida kbira, speċjalment minħabba l-fatt li ħafna interpretazzjonijiet kienu bbażati fuq illustrazzjonijiet ħżiena. Eventwalment ġiet iddeċifrata mir-Russu/Pollakk Andrej Jakovlevic Italinski (magħruf ukoll bħala Andrea Italinski u l-konti Italinski), li kien diplomatiku tat-Tzar fl-Imperu Tork minn 1863 sa 1886.

Illum il-ġurnata, il-Ġebla ta' Majmuna hi mħarsa fil-Mużew ta' l-Arkeoloġija fiċ-Ċittadella, ir-Rabat (Għawdex).

Werrej

[editja] Traduzzjoni bil-Malti

Din il-kitba tal-ħaġra ġiet maqluba għall-Malti minn Temi Zammit fuq bażi ta' traskrizzjoni b'ittri latini li kien fisser Grabjiel d'Aleppo, patri Kapuċċin.


B'isem Alla l-ħanin, u sella għalih in-nibi (profeta) Muhammed u għal niesu u sellem għalihom tislima.
Lili Alla l-kobor ta' dejjem iżda l-ħolqien tiegħu ried jintemmu.
Intom ta' dan f'rasul Alla għandkom xhieda sewwa.
Dan hu l-qabar ta' Majmuna bint Hasan, bin Ali il-Ħadli minn Gabes ta' Susa. Mietet, il-ħniena t'Alla għaliha, nhar il-Ħamis fis-sittax tax-xahar Xahban il-Kbir fis-sena ħames mija u disgħa u sittin u hi tixhed li ma hemmx Alla ħlief Alla l-waħdieni li ma għandux xirka.
  1. Saqsi lilek innifsek, jekk hemmx fl-art min jibqa'.
  2. Il-mewt ħarġitni, jaħasra, minn ħajti l-qasira.
  3. Kont bieżla f'għemili u kull ma għamilt magħdud u jibqa'.
  4. Ja min jara l-qabar li ġewwa fih jiena mibnija, it-trab għabbar ix-xfar u t-truf ta' għajnejja.
  5. F'maqgħadi u f'dari xejn ħlief biki u x'jkun fil-qawmien tiegħi meta jiġi min ħalaqna?

[editja] Referenzi

  • Viglo, N°26 Ottubru 2004 (Ġurnal ippublikat bl'Ingliż minn l-għaqda Din l-Art Ħelwa)
  • de-piro biography
  • Count Andrew Italinski
  • Andrew P. Vella, Storja ta' Malta Vol. I, pp. 86-88
  • M. Amari, Le epigrafi arabiche di Sicilia, Edizzjoni ġdida (Palermo, 1971), pp. 218-30.
  • E. Rossi, ‘Le lapidi sepolcrali Arabo-Musulmane’, Rivista degli Studi Orientali, XII.

[editja] Noti

  • Skond Godfrey Wettinger, Rossi jagħti l-aħjar rakkont fuq l-oqbra misilmin f'Malta u Għawdex
  • Minkejja riċerka f'diversi Arkivji u f'volumi ta' iskrizzjonijiet Għarab, l-awtur ta' dan l-artiklu ma setax isib id-deċifrazzjoni oriġinali ta' Italinski. Ikun obligat ħafna lil min ikun jista' jagħtih xi informazzjoni fejn jinsab dan id-dokument, jew fejn tinsab edizzjoni kritika (critical edition) ta' l-iskrizzjoni.

[editja] Links


Storja | Portal ta' l-Istorja | Kategorija:Storja
Storja antika | Storja medjevali | Storja moderna | Storja kontemporanja
Lingwi oħrajn


aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -