Wikizzjunarju
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Wikizzjunarju huwa proġett multilingwali fuq l-internet li jipprovdi b'xejn sinjifikati ta' kliem u b'hekk iservi bħala dizzjunarju. Hemm madwar 150 lingwa li huma parti minn dan il-proġett. Li fih differenti minn dizzjunarji normali hu li hu miktub minn voluntiera li jikkolaboraw billi jużaw il-wiki software, biex b'hekk l-artikli jkunu jistgħu jiġu modifikati minn min jidħol fis-sit elettroniku.
Bħall-Wikipedija, il-Wikizzjunaru huwa mħaddem mill-Fondazzjoni Wikimedia. Ħafna mill-edizzjonijiet tal-lingwi ta' dan il-proġett jipprovdu sinjifikati u traduzzjonijiet għal lingwi oħra. Il-Wikizzjunarju Ingliż jinkludi wkoll il-Wikisaurus, li jservi ta' teżawru.
Proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia | |
---|---|
Wikimedia | Wikimedia Incubator |