Thylacaeluridae
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Thylacaeluridae hija familja (għalkemm, f' uħud mill-iskemi ta' klassifikazzjoni din il-familja qegħda kkunsidrata bħala sottofamilja bl-isem "Thylacaelurinae"), ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament mammiferi relatati fil-qrib mal-kolugi (il-mammiferi plaċentati li jipplanaw, tal-kontinent ta'l-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer).
Din il-familja qegħda kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires u fl-ordni Dermoptera ma' 3 familji oħra (għalkemm sa ftit żmien ilu ma' dawn kien hemm il-familja Paramomyidae ukoll, li llum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala familja ta' l-ordni Plesiadapiformes), li huma Cynocephalidae, Mixodectidae u Plagiomenidae.
Il-familja Thylacaeluridae hija l-iżgħar familja ta' l-ordni Dermoptera kemm minn dik estanti kif ukoll fost dawk estinti. F' din il-familja hemm ġeneru wieħed biss (Thylacaelurus) li jiġbor fiħ 2 speċi estinti (Thylacaelurus campester u Thylacaelurus montanus).
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kolugo u Dermoptera)
[editja] Lista ta' l-ispeċi fil-familja Thylacaeluridae
- Familja Thylacaeluridae
- Ġeneru Thylacaelurus (Russell,1954)
- Thylacaelurus campester (Storer,1984)
- Thylacaelurus montanus (Russell,1954)
- Ġeneru Thylacaelurus (Russell,1954)
[editja] Referenzi
- Tassonomija tal-Mammiferi.
- The Taxonomicon sit b' informazzjoni dwar is-Siġra Tassonomika fejn il-familja Thylacaeluridae meqjusa bħala sottofamilja Thylacaelurinae .