Planetetherium
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Planetetherium huwa ġeneru ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament mammiferi relatati fil-qrib mal-kolugi (il-mammiferi plaċentati li jipplanaw, tal-kontinent ta' l-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer).
Dan il-ġeneru qiegħd ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires, fl-ordni Dermoptera, fil-familja Plagiomenidae, fis-sottofamilja Plagiomeninae u fit-tribù Planetetheriini, ma' ġeneru ieħor biss (Worlandia).
Planetetherium bħal ġeneru l-ieħor tat-tribù Planetetheriini, huwa ġeneru monotipiku u b' hekk jikkonsisti minn speċi waħda biss estinta.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kolugo, Planetetheriini, Plagiomeninae u Dermoptera)
[editja] Lista ta' l-ispeċi fil-ġeneru Planetetherium
- Ġeneru Planetetherium (Simpson,1928)
- Planetetherium mirabile (Simpson,1928)
[editja] Referenzi
- Tassonomija tal-Mammiferi.
- The Taxonomicon sit b' informazzjoni dwar is-Siġra Tassonomika u l-ġeneru Planetetherium.