Mixja Neokatekumenali
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Mixja Neokatekumenali jew Neokatekumenat hija Katekumenat Post-Batteżimali, ċioe proċess ta' inizjazzjoni Kristjana fi ħdan il-Knisja Kattolika illi hija iddedikata għall formazzjoni ta' fidi adulta. Hija inbdiet mill-pittur Spanjol Kiko Arguello fil-bidu tas-sittinijiet u intlaqgħet bl-approvazzjoni tal-Kurja Rumana. Tul dawn l-aħħar tletin sena hija għenet biex jiffurmaw iżjed minn 63 Seminarju Missjunarju Djoċeżan madwar id-dinja. F'Ġunju tal-2002, is-Santa Sede approvat l-Istatuti tal-Mixja Neokatekumenali "ad experimentum" (għal tul ta' żmien ta' ħames snin, sa Ġunju tal-2007). [1]. Il-Mixja Neokatekumenali hija preżenti f'disa mitt (900) djoċeżi.[2].
[editja] Il-Bidu tal-Mixja Neokatekumenali
Il-Mixja Neokatekumenali bdiet fl-1964 fil-faqar ta Palomeras Atlas ġewwa Madrid, frott ix-xogħol ta' Kiko Arguello u Carmen Hernandez, illi bdew iħabbru il-Vanġelu lil fqar tal-post. Hekk kif beda jgħaddi iż-żmien, din il-Kerygma (Aħbar tajba) ġiet imnedija f'sinteżi katetika, fuq it-tripied; "Kelma t'Alla - Liturġija - Komunita'", illi tfittex li twassal lin-nies f'komunjoni fraterna u fidi matura.
Din l-esperjenza katetika ġdida, imwielda fit-tiġdid tal-Konċilju Vatikan it-Tieni, ġibdet l-attenzjoni u l-interess profond tal-Arċisqof Casimiro Morcillo, li kien l-Arċisqof ta' Madrid, illi inkoraġġixxa lil inizjaturi tal-Mixja biex ixerrduha fil-parroċċi illi riduha. Din l-esperjenza ta' evanġeliżżazjoni b'hekk xterdet gradwalment fl-Arċidjoċeżi ta' Madrid u fi djoċeżijiet oħra Spanjoli.
Minn hemmek xterdet ukoll fl-Italja fejn bil-permess tal-Kardinal Angelo dell'Acqua, li dak iż-żmien kien il-vigarju ġenerali tal-Qdusija Tiegħu il-Papa Pawlu sitta għad-distrett ta' Ruma, l-ewwel Komunita' Neokatekumenali bdiet fil-parroċċa tal-Madonna tas-Sagrament Imqaddes u fil-parroċċa tal-Martri Kanadiżi. Minn dak iż-żmien il'hemm, il-Mixja Neokatekumenali kompliet tinxtered fi djoċeżijiet madwar id-dinja kollha, fil-kontinenti kollha u f'iżjed minn mija u għoxrin pajjiż. [3]
L-Isem ta' din l-inizjattiva ta' fidi ġej mill-katekumenat tal-Knisja Nisranija bikrija, illi kien iż-żmien ta' katekiżmu ta' qabel il-magħmudija.
[editja] Il-Komunitajiet Neokatekumenali
Il-Mixja Neokatekumenali hija itinerarju ta' Formazzjoni Kattolika, valida għas-soċjeta u għaż-żminijiet tal-lum. [4]
Il-Mixja Neokatekumenali hija għas-servizz tal-isqfijiet bħala forma ta' implimentazzjoni djoċeżana tal-Inizjazzjoni fil-ħajja Nisranija u ta' edukazzjoni tal-fidi, skond l-indikazzjonijiet tal-Konċilju Vatikan it-Tieni u l-Maġisteru tal-Knisja. .[5]
Hija magħmula minn katekumenat post-batteżimali (jew katekumenat batteżimali għall-membri li ma rċevewx il-magħmudija), edukazzjoni li tkompli fil-fidi u servizz ta' katekeżi. .[6]
Il-Mixja Neokatekumenali hija implimentata fid-djoċeżijiet taħt id-direzzjoni tal-Isqof Djoċeżan u taħt it-tmexxija tal-ekip Responsabbli tal-Mixja Neokatekumenali, skond il-linji proposti mill-inizjaturi tagħha. [7]
Dawn il-kwotazzjonijiet huma meħuda mill-Istatuti tal-Mixja Neokatekumenali maħruġa u approvati f'Ġunju tal-2002. Huma ġew ukoll tradotti u ippublikati bil-Malti.
[editja] Struttura tal-Mixja
Il-Mixja Neokatekumenali, fidila għall-mudell tal-Knisja primittiva, hija strutturata bħala itinerarju bit-tarġiet, fidila wkoll għall-ispirazzjoni oriġinali biex "Taghmel Komunita Nisranija bħall-Familja Mqaddsa ta' Nażżaret, illi tgħix f'umilta, sempliċita,lodi (tifħir) u fejn l-ieħor huwa Kristu" [8].
L-Itinerarju Neokatekumenali, jibda fil-parroċċa b'ċiklu ta' katekeżijiet, illi huma mqassma fuq xahrejn, fejn hija ppreparata u mħabbra il-Kerygma, l-Aħbar it-tajba tal-mewt u l-qawmien ta' Sidna Ġesu Kristu. Fl-aħħar ta' dan il-perjodu, b'dawk illi jilqgħu is-sejħa illi jibdew dan il-katekumenat post-batteżimali, il-komunita neokatekumenali tifforma. Din il-komunita hija fdata fil-kura pastorali tal-Kappillan u ta' saċerdoti oħra fil-parroċċa, u tibda il-vjaġġ tagħha permezz tat-tripied tal-Ħajja Kristjana: Kelma ta' Alla, Liturġija u Komunita.
- L-ewwel fażi, il-katekumenat post-batteżimali, huma żmien neċessarju li fih titgħallem l-umilta u li tgħin il-membri tal-komunita jirbħu is-Sempliċita interjuri nisranija.
- Id-Daħla għat-Talb (jingħata il-Liturġija tas-Siegħat)
- It-Traditio Simboli (l-għoti tal-Kredu), illi tkompli b'testimonjanza pubblika tal-fidi, ir-Redditio Simboli.
- L-għoti tat-talba tal-Missierna u l-akkoljenza tal-imħħabba materna tal-Verġni Mqaddsa Marija.
- L-aħħar fażi li tiskopri mill-ġdid il-magħmudija hija fl-elezzjoni, fejn il-membri jitgħallmu jgħixu fit-tifħir ta' Alla. Dan il-perjodu jispiċċa bir-rinnovament tal-wegħdiet tal-magħmudija fil-Velja tal-Għid, preseduta mill-Isqof Lokali.
[editja] Responsabbli tal-Mixja
Bħalissa, l-ekipp internazzjonali responsabbli tal-Mixja Neokatekumenali huwa magħmul mill-inizjaturi Kiko Arguello u Carmen Hernandez (it-tnejn Spanjoli), u minn presbiteru taljan, Patri Mario Pezzi, mid-Djoċeżi ta' Ruma. L-ekipp internazzjonali jinnomina il-kulleġġ elettorali (magħmul minn tmenin sa mija u għoxrin membri) illi huwa fdat bl-elezzjoni ta' Ekipp Responsabbli Ġdid. [9]).
Jiddependu mill-ekipp internazzjonali, l-ekippijiet lokali tal-Katekisti Itineranti (madwar sebgħa mija), mlaħħqa mill-ekipp internazzjonali tal-mixja Neokatekumenali fid-diversi pajjiżi jew reġjuni tad-Dinja. Huma jikkontribwixxu fil-furmar tal-ewwel komunitajiet neokatekumenali ta' parroċċa, u jżommu kuntatt regolari mal-isqfijiet tad-Djoċeżi fejn jaħdmu; l-ekippijiet itineranti jżommu wkoll kuntatt kontinwu mar-responsabbli tal-Mixja Neokatekumenali, filwaqt illi jżuru l-komunitajiet li kkatekiżżaw u jieħdu ħsieb l-iżvilupp tal-Mixja Neokatekumenali fit-territorju mogħti lilhom, waqt li jkunu totalment fidili lejn il-kariżma mogħtija lil inizjaturi u ubbidjenti għall-Ordinarju Lokali.
Dawn l-ekippijiet ta' katekisti itineranti għall-evanġeliżżazzjoi huma normalment iffurmati minn irġiel ċelibi jew nisa, minn koppja lajċi miżżewġa u bi presbiteru (saċerdot), bil-permess tal-Isqof jew tas-superjur tiegħu. Dawn joffru lilhom infushom liberalment u bir-rieda tagħhom, iħallu djarhom, il-karriera u l-ħbiberiji u jkunu lesti illi jintbgħatu f'liema parti tad-dinja, mingħajr sigurtajiet ekonomiċi, u jafdaw fil-Provvidenza Divina. Il-katekisti itineranti jibqgħu f'kuntatt kontinwu mal-parroċċa u il-komunita' tagħhom, fejn huma jirritornaw perjodikalment. F'liema ħin iridu, huma jistgħu jinħallu mill-missjoni tagħhom.
L-Itineranti jistgħu jagħtu bidu għall-mixja Neokatekumenali fi djoċeżi oħra wara li ssir talba tal-Kappillan u bil-permess tal-Ordinarju.
[editja] Attivita' Missjunarja
Quddiem is-sekulariżżazzjoni tal-Ewropa ta' Fuq u inħawi kbar tad-dinja, l-Inizjaturi tal-Mixja Neokatekumenali bdew l-esperjenza tal-Familja fil-Missjoni, biex permezz ta' din il-kariżma, iħawlu il-preżenza tal-Knisja Kattolika fil-pajjiżi fejn ma teżistix jew waslet biex tmut ("Implantatio Ecclesiae" jew biex isaħħu l-komunitajiet kattolici f'inħawi partikolarment diffiċli.
Il-Papa Benedittu Sittax, feda dan il-mandat missjunarju lil madwar mitejn familja illi bdew din il-missjoni fit-tnax ta' Jannar 2006, u ġab in-numru ta' familji fil-Missjoni tal-Mixja Neokatekumenali għall iżjed minn ħames mija madwar id-dinja kollha. Il-familji l-oħra intbgħatu kollha mill-Papa Ġwanni Pawlu it-tieni. [10].
[editja] Is-Seminarji Redemptoris Mater
Dawn is-Seminarji Djoċeżani huma l-frott tal-Konċilju Vatikan it-Tieni u tal-viżjoni profetika tal-Papa Ġwanni Pawlu it-Tieni. L-idea illi jitwaqqfu dawn is-seminarji bdiet ġewwa Ruma, id-djoċeżi tal-Papa innifsu, biex iwaqqfu seminarju b'dawn il-karatteristiċi:
- internazzjonali, jiġifieri b'vokazzjonijiet ġejjin minn diversi pajjiżi, u
- missjunarju, jiġifieri wara l-ordinazzjoni, il-presbiteri huma lesti imorru fejn jibgħathom l-Ordinarju. http://www.vatican.va/archive/hist_councils/ii_vatican_council/documents/vat-ii_decree_19651207_presbyterorum-ordinis_en.html.
Fl-1988, l-ewwel Seminarju Redemptoris mater ġie mwaqqaf mill-Kardinal Poletti, Vigarju tal-Papa f'Ruma.
Dawn is-Seminarji għandhom vokazzjonijiet imwielda fil-mixja Neokatekumenali. Is-seminaristi ta' dawn is-Seminarji għandhom l-istess formazzjoni edukazzjonali bħas-seminarji djoċeżani l-oħrajn, skond id-direttivi tal-pajjiżi fejn jinstabu.
Is-Seminarji Redemptoris Mater m'humiex Seminarji tal-Mixja Neokatekumenali, imma Seminarji Djoċeżani taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ordinarju.
Sal-lum il'fuq minn tlieta u sittin (63) Seminarju Redemptoris Mater ġew miftuħa f'ħames kontinenti, u minnhom ġew ordnati iżjed minn elf u ħames mitt presbiteru.
[editja] Appoġġ u Tifħir mingħand il-Papiet
Minn mindu bdiet il-Mixja Neokatekumenali, dejjem sabet appoġġ kbir u kontinwu mingħand il-Papiet. L-ewwel Papa li laqgħa l-Mixja Neokatekumenali kien Pawlu Sitta, li fetaħ il-bibien sabiex tiġi rikonoxxuta u mgħejuna.
Il-Papa Ġwanni Pawlu II jibqa magħruf bħala l-Papa li tant ta apoġġ u għajnuna lil Mixja Neokatekumenali. Sa minn mindu kien Arċisqof Kardinal fi Krakovja, il-Polonja, huwa laqa il-Mixja Neokatekumenali fid-Djoċeżi tiegħu. Dejjem semma il-Mixja Neokatekumenali bħala "Itininerarju validu għaż-żminijiet tal-lum", u ħadem ħafna sabiex l-Istatuti jgħaddu u b'hekk il-Mixja Neokatekumenali tkun rikonoxxuta uffiċjalment mill-Knisja. Huwa qies dejjem lil mixja Neokatekumenali bħala strument utli ħafna għall-evanġeliżżazzjoni l-ġdida u nkoraġixxa kemm felaħ saħħansietra lil isqfijiet u l-kappillani biex jiftħu l-bibien għall-Mixja. Huwa wkoll għamel ir-rit Neokatekumenali bħala rit uffiċjali tal-Knisja Kattolika.
Il-Kardinal Ratzinger fetaħ il-Mixja Neokatekumnali ġewwa Munich il-Ġermanja fuq xewqa tiegħu innifsu fis-sebgħinijiet meta kien għadu Arċisqof ta' Munich,u offra ħafna appoġġ, tant illi taħtu għaddew l-Istatuti u ġew approvati waqt li kien għadu l-Kap tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. Wara li sar Papa Benedettu XVI, bagħat il-fuq minn mitejn familja fil-Missjoni filwaqt illi faħħar il-frott tal-Mixja Neokatekumenali. Fis-sena 2007 huwa semma l-Mixja Neokatekumenali bħala eżempju ċar ta' kollaborazzjoni u ko-operazzjoni bejn il-"movimenti" u l-kappillani, u ħeġġeġ lil movimenti biex jaddottaw l-istess attitudni. Fi kliemu stess, il-Papa ta bħala eżempju, il-proċess tal-approvazzjoni tal-istatuti tal-Mixja Neokatekumenali: "Kienet triq twila, b'ħafna kumplikazzjonijiet li għadhom kultant iseħħu s'issa, imma sibna mod ekkleżjali illi tant tejjbet ir-relazzjoni bejn il-kappillan u il-mixja; u hekk aħna nimxu il-quddiem!" "L-istess huwa veru għall-movimenti l-oħrajn!" żied ukoll.
Fi Frar tal-2007, wara dan id-diskors tal-Papa Benedettu Sittax, l-Isqfijiet tad-diversi riti kattoliċi tal-Art Imqaddsa issuġġerew lil Mixja Neokatekumenali bħala mudell ta' ko-operazzjoni u żiedu jgħidu: "Għeżież aħwa tal-Mixja: Nilqgħukom fid-djoċeżijiet tagħna!" "Nirringrazzjaw lil Alla tal-grazzja illi l-Mulej tagħkom u tal-Kariżma li l-Ispirtu s-Santu nissel fil-Knisja permess tal-ministeru tagħkom ta' formazzjoni post-batteżimali. Ninsabu grati ħafna tal-preżenza tagħkom fi wħud mill-parroċċi tagħna, għat-tħabbir tal-Kelma ta' Alla għall-għajnuna illi tagħtu lil fidili billi issaħħu l-fidi tagħhom u tgħinuhom fil-Knejjes lokali tagħhom.
[editja] Il-Jum Dinji taż-Żagħżagħ
Il-Jum Dinji taż-Żagħżagħ (magħruf iżjed bħala World Youth Day), huwa avveniment illi jseħħ bejn wieħed u ieħor kull sentejn jew tlieta. Huma avvenimenti organiżżati mill-Knisja Kattolika, fejn żagħżagħ minn madwar id-Dinja kollha jinġabru flimkien mal-Papa f'belt partikolari magħżula f'xi parti tad-Dinja. Il-Mixja Neokatekumenali hija organiżżatur attiv ħafna fi ħdan dawn il-Jiem Dinjiji taż-żagħżagħ u tiġbor għexieren ta' eluf ta' żagħżagħ kull darba mill-komunitajiet Neokatekumenali biex jattendu il-Jum Dinji taż-Żagħżagħ.
Matul l-aħħar Jum Dinji taż-żagħżagħ, li sar f'Kolonja fil-Ġermanja f'Awwissu tal-2005, kważi mitt elf (100,000) żagħżugħ u żagħżugħa mill-Mixja Neokatekumenali rħewla lejn Kolonja, kważi wieħed minn kull għaxra taż-żagħżagħ kollha illi kienu attendew dan l-avveniment. Kienu tliet mija u ħamsin iż-żagħżagħ tal-Mixja Neokatekumenali f'Malta illi telgħu għall-jum dinji taż-żagħżagħ f'Kolonja.
Wara il-laqgħa tal-Papa maż-żagħżagħ, l-inizjaturi tal-Mixja Neokatekumenali jorganiżżaw laqgħa maż-żagħżagħ tal-Mixja Neokatekumenali, u fl-aħħar ta' din il-laqgħa issir sejħa għall-vokazzjonijiet. F'Bonn fl-2005, madwar elf u ħames mitt (1500) ġuvintur irrispondew għall din is-sejħa, flimkien ma' disa mitt tfajliet (900) illi ħassewhom imsejħin biex jidħlu f'ħajja reliġjuża. Dawn iż-żagħżagħ wara jibdew proċess ta' dixxerniment (imsejħin gruppi vokazzjonali) fid-djoċeżijiet jew il-parroċċi tagħhom, illi jista jwassalhom għall-presbiterat jew ħajja ikkonsagrata.
[editja] Laqgħa Neokatekumenali maż-Żgħażagħ ġewwa Loreto
Fl-4 ta' Settembru 2007, tħejjiet laqgħa għal dawk iż-żagħżagħ mill-Mixja Neokatekumenali illi telgħu għall-pellegrinaġġ ta' Loreto.
Il-Laqgħa f'Montorso, limiti ta' Loreto seħħet sabiex il-Papa Benedittu XVI ikun jista jiltaqa maż-żagħżagħ tal-Ewropa kollha, li fil-laqgħa kienu jlaħħqu mal-ħames mitt elf. Din il-laqgħa issemmiet "Agora' dei Giovani". L-għada, jiġifieri fl-4 ta' Settembru, ġew imlaqqgħa fl-istess post in-Neokatekumeni, illi kienu numru kbir sew, dak ta mitt elf mill-Ewropa biss. Minnhom kien hemm ukoll 320 żagħżagħ minn Malta.
Fl-aħħar ta' din il-laqgħa saret sejħa għall-vokazzjonijiet, u 3,200 żagħżugħ u żagħżuha offrew ruħhom għall-ħajja ikkonsagrata. Minnhom kien hemm 2000 ġuvni u 1200 tfajla.
[editja] Statistiċi tal-Mixja Neokatekumenali fl-Ewropa, l-Amerika Latina u fid-Dinja
Din l-istatistika turi in-numru ta' komunitajiet Neokatekumenali fl-Ewropa. Il-komunitajiet huma stabbiliti ġewwa parroċċa u kull komunita normalment ikollha bejn 30 u 50 persuna.
Amerika - Pajjiż | Komunitajiet |
---|---|
Arġentina | 1.500 |
Bolivja | 400 |
Brażil | 5.600 |
Ċile | 460 |
Kanada | 44 |
Kolombja | 2.000 |
Kosta Rika | 350 |
Kuba | 45 |
Ekwador | 570 |
El Salvador | 500 |
Gwatemala | 800 |
Ħonduras | 440 |
Messiku | 3.200 |
Nikaragwa | 300 |
Panama | 200 |
Paragwaj | 500 |
Peru | 960 |
Porto Riko | 130 |
Repubblika Dumnikana | 560 |
Urugwaj | 200 |
Veniżwela | 1.100 |
Lvant Nofsani - Pajjiż | Komunitajiet |
Eġittu | 30 |
Iraq | 9 |
Iżrael | 8 |
Ġordan | 14 |
Kuwajt | 3 |
Libanu | 52 |
Palestina | 7 |
Pajjiżi Oħrajn | Komunitajiet |
Awstralja | 50 |
Hong Kong | 6 |
Indja | 500 |
Pakistan | 13 |
Filippini | 700 |
Sri Lanka | 20 |
Pajjiż | Komunitajiet |
---|---|
Albanija | 22 |
Andorra | 20 |
Awstrija | 38 |
Belarus | 11 |
Belġju | 30 |
Bulgarija | 10 |
Ċipru | 5 |
Estonja | 5 |
Franza | 60 |
Ġorgija | 6 |
Ġermanja | 50 |
Greċja | 6 |
Ingliterra | 32 |
Irlanda | 25 |
Israel | 8 |
Italja | 10,000 |
Krowazja | 250 |
Latvja | 9 |
Litwanja | 20 |
Lussemburgu | 1 |
Malta | 100 |
Monako | 4 |
Olanda | 40 |
Polonja | 1,000 |
Portugall | 300 |
Repubblika Ċeka | 40 |
Rumanija | 50 |
Russja | 6 |
San Marino | 5 |
Serbja, Bosnija & Maċedonja | 30 |
Skandinavja | 25 |
Skozja | 3 |
Slovakkja | 65 |
Slovenja | 40 |
Spanja | 7,000 |
Svizzera | 35 |
Turkija | 8 |
Ukrajina | 45 |
Ungerija | 40 |
L-ikbar numru ta' komunitajiet fl-Ewropa (u fid-Dinja) huma fl-Italja.
Spanja, il-Polonja, il-Portugall, il-Krowazja u Malta għandhom numru kbir ta' komunitajiet ukoll. Interessanti ħafna illi l-akbar densita ta' komunitajiet per capita tinsab appuntu f'Malta! B'mitt komunita fi gżira ta' erba mitt elf ruħ. Guam fil-paċifiku jiġi it-tieni b'ħamsa u tletin komunita (popolazzjoni ta' 115,000)
Hemm madwar ħames mitt komunita fl-Istati Uniti tal-Amerika. L-Amerika t'Isfel u l-Amerika Ċentrali, kif ukoll il-Messiku għandhom eluf ta' komunitajiet kull wieħed. Pajjiżi oħra b'numri kbar ta' komunitajiet jinkludu il-Filippini b'iżjed minn sitt mitt komunita. L-Awstralja għandha ħamsin komunita. Il-Komunitajiet fl-Afrika jgħoddu mat-tmien mija u qiegħdin jiżdiedu b'rata mgħaġġla.
[editja] L-Istatuti; Approvazzjoni tal-Mixja Neokatekumenali bħala Katekumenat post-Batteżimali
L-Istatuti tal-Mixja Neokatekumenali ġew approvati f'Ġunju tal-2002 [11] mill-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi, u huma immarkati bħala ad experimentum, għal ħames snin, sa Ġunju tal-2007. Id-Direttorju Katetiku tal-Mixja diġa kien approvat mill-Kongregazzjoni għad-duttrina tal-Fidi, meta kienet immexxija mill-Kardinal Ratzinger.
Kif jixhed l-isem, l-Istatuti huma ir-rikonoxximent uffiċjali tal-Mixja bħala katekumenat post-batteżimali tal-Knisja Kattolika u jiddeskrivu kif tiffunzjona, waqt li d-Direttorju Katetiku għandu fih il-metodu u l-punti katetiċi tal-Mixja.
[editja] Il-Mixja Neokatekumenali f'Malta
Il-Mixja Neokatekumenali f'Malta twieldet fl-1973 fuq stedina tal-Kappillan tal-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun, Dun Ġużepp Mifsud Bonniċi, wara li l-Arċisqof ta' dak iż-żmien, Mons Mikiel Gonzi ta' l-approvazzjoni tiegħu. Il-Katekisti Itineranti illi introduċew il-Mixja Neokatekumenali f'Malta huma Eusebio u Gulietta Astiaso, u huma wkoll katekisti ta' żewġ reġjuni fl-Italja, l-Abruzzo u il-Marche. Mill-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun, il-Mixja xterdet ukoll fil-parroċċi tal-Mosta, ta' San Ġwann u Guardamangia.
Il-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun, il-parroċċa ta' Santa Maria tal-Mosta u Tal-Madonna ta' Lourdes f'San Ġwann (inċidentalment dawn it-tliet parroċċi huma kollha iddedikati lil Madonna) huma meqjusin bħala parroċċi prinċipali f'Malta fejn tidħol il-Mixja Neokatekumenali. Minnhom ħarġet il-mixja fil-parroċċi l-oħrajn f'Malta. In-numru ta' parroċċi f'Malta u Għawdex illi il-Mixja Neokatekumenali hija attiva fihom, huwa ta' 26. F'Għawdex il-Mixja Neokatekumenali tinstab fil-Katidral u s-Sannat.
Il-Mixja f'Malta tinsab fil-lokalitajiet u l-parroċċi segwenti;
- Immakulata Kunċizzjoni (Ħamrun)
- San Gejtanu (Ħamrun)
- Mosta
- San Ġwann
- Guardamangia
- Valletta
- Msida
- San Pawl il-Baħar
- Qawra
- Balluta
- Ħal Għaxaq
- Żejtun
- Żurrieq
- Ħal Luqa
- Paola
- Marsa
- Ħal Balzan
- Birkirkara
- Marsaxlokk
- Fgura
- Furjana
- Ħal Qormi
- Ħaż-Żabbar
- Rabat (Għawdex)
- Sannat (Għawdex)
- Santa Venera
F'dawn il-parroċċi kollha, kull sena isiru il-katekeżijiet. Aktar informazzjoni fuq id-dati tal-katekeżijiet jista jinġieb mingħand il-Kappillani tal-parroċċi rispettivi.
Minn dak iż-żmien il'hawn il-Mixja f'Malta xterdet tant li Malta sar l-iżjed pajjiż b'komunitajiet skond il-popolazzjoni ta' pajjiż. F'Malta hawn il'fuq minn mitt (100) komunita' Neokatekumenali u n-numru tal-membri jaqbeż it-tliet elef (3000) ruħ.
Fil-Parroċċa tal-Mosta jinsab iċ-Ċentru Neokatekumenali Djoċeżan, magħruf bħala il-"Katekumenju". Fiħ saru wkoll ħafna laqgħat tas-Sinodu Djoċeżan. Fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni (Ħamrun) qiegħed jinbena Katekumenju ġdid.
Il-Komunitajiet Neokatekumenali f'Malta taw ħafna frott, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. Diversi huma ż-żwiġijiet li ssalvaw, u ħafna huma l-familji kbar u Nsara li ffurmaw.
Mill-komunitajiet Neokatekumenali twieldu ħafna vokazzjonijiet u kariżmi. Dawn jinkludu familji itineranti, presbiteri itineranti u fil-missjoni, familji fil-missjoni, rġiel u nisa illi offrew ħajjithom għall-evanġeliżżazzjoni kemm bħala itineranti kif ukoll bħala servizz għall-familji fil-missjoni u fis-seminarji Redemptoris Mater u seminaristi.
Kemm fil-passat u kif ukoll illum, dawn il-vokazzjonijiet u kariżmi kollha illi ħarġu minn Malta, wettqu u għadhom iwettqu xogħol ta' evanġeliżżazzjoni f'diversi pajjiżi barra minn Malta, bħall-India, Pakistan, Filippini, Sri Lanka, Veneżuela, Libya, Kenya, Ġorġja, Olanda, Awstralja, Franza, L-Istati Uniti, Turks&Caicos Islands (Karibew), Guam, il-Paċifiku (Kiribati, Hawaii, Saipan), Ċipru, Albania, Korea t'Isfel, Finlandja, Svizzera, Italja, Irlanda u l-Ingilterra.
[editja] Letteratura
- AA, VV., El Camino Neocatecumenal: de las barracas de Madrid a los Estatutos deRoma: Vida Nueva, n° 2338 (20 de julio de 2002) 23-30.
- AA. VV., En la carcel, pero libres!, Bilbao 1996.
- AGUDO, J., De quincalleros transeuntes a predicadores de la Palabra: "YA" (Domingo 15 de marzo de 1987) 35;
- "Iglesia y carismas", en Del temora la esperanza (t. II), Madrid 1993, 232.
- ARRIETA, J.I., Observaciones canonicas sobre el Estatuto del Camino. Itinerario de formation, no asociacion ni movimiento: Alfa y Omega, n° 314 (4 de julio de 2002) 6-7.
- AZCONA, E, Las Comunidades Neocatecumenales. Una experiencia de evangelization a traves de la Parroquia, Oficina de Estadistica y Sociologia de la Iglesia, Madrid 1992.
- BLAZQUEZ, R., Comunidades neocatecumenales: un camino de iniciacion cristiana: Teologia y Catequesis 4 (1984) 603-641;
- Las comunidades neocatecumenales, Bilbao 1988;
- La carta del Papa sobre las comunidades neocatecumenales: Ecclesia n. 2.508, (29-12-1990) 1965-1968;
- El Camino neocatecumenal y la formation para el presbiterado en el seminario Redemptoris Mater de Roma: Communio 12 (1990) 452-471;
- Initiation cristiana y nueva evangelization, Bilbao 1992;
- "Maria en el Camino Neocatecumenal", en Catecumenado en la Iglesia, Valencia 1998, 81-115.
- La Nuova Evangelizzazione, editore Grafitalica, 2000.
- Guai a me se non annunciassi il vangelo. Iniziazione cristiana e nuova evangelizzazione, edizioni Grafite (collana "Biblioteca Neocatecumenale"), 1997.
- BOGARIN, J., Los movimientos eclesiales en la VII Asamblea General Ordinaria del Sinodo de los Obispos: REDC 47 (1990) 69-135;
- La institucionalizacion del camino neocatecumenal. Comentario a sus estatutos: REDC 59 (2002) 705-825.
- BONETE, E., Reflexiones sobre la relation entre el Camino Neocatecumenal y el Concilio Vaticano II: Communio (noviembre-diciembre 1996), 547-555;
- La faz oculta de la modernidad, Madrid 1995;
- Eticas en esbozo, Bilbao 2003;
- Libres para morir? En torno a la Tanato-Etica, Bilbao 2004.
- BOROBIO, D., Catecumenado para la evangelization, Madrid 1997;
- El catecumenado y su situation en la Iglesia actual: Teologia y Catequesis, 83 (julio-septiembre 2002) 77-112.
- BUGNINI, A., La riforma liturgica (1948-1975), CLV Edizioni liturgiche, Roma 1983 (la edition en castellano: La reforma de la Liturgia 1948-1975, Ed, Catolica, Madrid 1999);
- Catecumenato per la maturazione nella fede: Notitiae 10 (1974) 228-230; "Comunidades neocatecumenales", en AA. VV., Comunidades plurales en la Iglesia, Madrid 1981.
- BUTTURINI, G., Cammino catecumenale: una iniziazione cristiana alia fede: Credere Oggi 15 (1995) 109-126;
- Cammino: un autoritratto: II Regno-Doc 3 (1996) 121-128.
- CASTELLANO, J., Carismas para un "tercer milenio". Movimientos eclesiales y nuevas tendencias, Monte Carmelo, Burgos 2003.
- DEVOTO, P., Il neocatecumenato. Un'iniziazione cristiana per adulti, editore Chirico, Napoli, 1994.
- COLLADO, E., El Camino Neocatecumenal (los kikos).;Que antropologia? Que teologia? Que moral?: Sal Terrae (abril 1996) 301-312.
- CONTI G.,, Neocatecumenali al bivio. Sussidio per una scelta (fra Catechismo della Chiesa Cattolica e catechismo di Kiko Argüello), edizioni Segno, Udine, 1996.
- CORDES, P.J., Nouveaux mouvements spirituels dans 1 'Eglise: Nouvelle Revue Theo-logique 109 (1987) 49-65;
- Una participation activa. Aproximacion pastoral a la celebration de la Eucaristia en pequenas comunidades, Bilbao 1998;
- "Kiko Argiiello, fundador del Camino Neocatecumenal", en Signos de esperanza, Madrid 1998, 13-33.
- DEL PALACIO, J.L., Comunidades neocatecumenales, Boletin del Arzobispado de A.equipa, n.15 (1986) 27-30;
- El catecumenado postconciliar de adultos, forma privilegiada de la evangelization de la Iglesia local. Estudio del Catecumenado en el Concilio Vaticano II y en el Ritual de Iniciation Cristiana de Adultos, Bilbao 1999;
- Arquitectura, Liturgia y Nueva Estetica en el Tercer Milenio para la Nueva Evangelization (Inauguration del ano academico 2001 en el Seminario Diocesano Misionero Redemptoris Mater Juan Pablo II del Callao-Peru);
- Arquitectura y Liturgia, Bilbao 2000.
- DELLA TORRE. L., Le comunita catecumenali: Rivista di Pastorale Liturgica 48 (1971) 512-515;
- Significato teologico-pastorale dell'OICA: RPL n. 5 (1973) 9-20; I DELLA TORRE. L., Neocatecumenato: Communio 32 (1977) 58-68;
- Balance de las aplicaciones del OICA: Concilium 142 (1979) 225-232.
- DELLA TORRE, L., SARTORE, D., Considerazioni pastorali sui Capitoli IV e V de, RICA: RPL n° 66 (1979) 471-493.
- DI GIOVANNI, C., Eramos terroristas, Bilbao 1993.
- ELORRIAGA, C., El Camino Neocatecumenal dentro de la iniciation cristiana de adultos: Comunidades n° 55 (octubre-diciembre 1986) 199-208;
- Bautismo y espiritualidad neocatecumenal: Revista de Espiritualidad, n° 184-185 (1987) 369- 388;
- San Cirilo de Jerusalen, Bilbao 1991;
- Bautismo y Catecumenado e la tradition patristica y litiirgica, Baracaldo 1998.
- ENGELS, I., Der Neokatechumenat: Liturgisches Jahrbuch 29 (1979) 180-185.
- FARNES, P., La celebration eucarfstica enpequenos grupos: Salmanticensis 43 (mayo- agosto 1996) 281-295.
- FAVALE, A.,' Movimenti ecclesiali (IV Comunita neocatecumenali)', en Nuovo Dizionario di Mariologia (ed. S. De Fiores y S. Meo) 965-968.
- FERNANDEZ, P., Cuestiones teologico-pastorales sobre la initiation cristiana: Ciencia Tomista 407 (septiembre-diciembre 1998) 529-567;
- FLORISTAN, C., El fenomeno de las Comunidades de Base en Espana: Pastoral Misionera 4 (1974);
- Modelos de comunidades cristianas: Sal Terrae 67 (1979) 6 72 y 145-154.
- FUENTES, A., Camino Neocatecumenal. Experiencia de un parroco: Communio 7 (1985) 185-188;
- Miles de jovenes del Camino Neocatecumenal descubren su vocation sacerdotal y religiosa: Vida Religiosa. Boletin informativo 59 (1985 240-241;
- La espiritualidad del Camino Neocatecumenal: Vida Sobrenatural 1995;
- El Neocatecumenado: Un camino de initiation cristiana, Bilbao 1996.
- PASOTTI, E. (a cura di), Il Cammino Neocatecumenale secondo Paolo VI e Giovanni Paolo II, edizioni Paoline, 1993
[editja] Links Esterni
- http://neocatecumenali.blogspot.com
- http://mixjaneokatekumenali.net/ (sit bil-Malti)
- http://members.aol.com/fatherpius/neo4.html (artiklu fuq il-Mixja Neokatekumenali bil-Malti)
- http://www.mixjamalta.netfirms.com/new_page_mixja%20malta.htm} (Sit personali)
- http://mixjaneokatekumenali.net/statuti.htm (Statuti tal-Mixja Neokatekumenali bil-Malti)
- http://www.catholic.travel/] Pellegrinaġġi Neokatekumenali għall-Jum Dinji taż-żagħżagħ
- http://www.camminoneocatecumenale.it/ SIT UFFIĊJALI NEOKATEKUMENALI bit-Taljan
- http://www.neocatechumenalway.us The Neocatechumenal Way in the US
- http://www.vatican.va/roman_curia/pontifical_councils/laity/documents/rc_pc_laity_doc_20020701_cammino-neocatecumenale_en.html Official status of Neocatechumenal Way
- http://www.camino-neocatecumenal.org/neo/seminarios/seminarios.htm Redemptoris Mater Seminaries Bl-Ispanjol]