Marzu
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Jannar · | Frar · | Marzu · | April · | Mejju · | Ġunju · | Lulju · | Awissu · | Settembru · | Ottubru · | Novembru · | Diċembru |
Fra - Marzu - Apr | ||||||
1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |
8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 |
15 | 16 | 17 | 18 | 19 | 20 | 21 |
22 | 23 | 24 | 25 | 26 | 27 | 28 |
29 | 30 | 31 | ||||
Kalendarju ta' avvenimenti |
Marzu hu t-tielet xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan u wieħed minn seba' xhur li għandhom tul ta' 31 ġurnata.
Marzu jibda (astroloġikament) meta x-xemx tkun fis-senju tal-Ħut u jispiċċa fis-senju ta' Aries. Astronomikament, ix-xemx tibda fil-kostelazzjoni ta' l-Akwarju u tispiċċa f'dik tal-Ħut.
L-isem Marzu hu minn Ruma antika, meta Marzu kien l-ewwel xahar tas-sena u kien imsemmi Martius wara Marte, l-alla Ruman tal-gwerra. F'Ruma, fejn hemm klima Mediterranja, Marzu hu l-ewwel xahar tar-rebbiegħa, punt loġiku għal bidu tas-sena kif ukoll bħala l-bidu ta' l-istaġun tal-kampanji militari. Is-sena numerata bdiet fl-1 ta' Marzu fir-Russja sa tmiem is-seklu 15. Il-Gran Brittanja u l-kolonji tagħha komplew jużaw il-25 ta' Marzu sa l-1752, fl-istess sena li huma adottaw il-kalendarju Gregorjan. Kulturi oħra u reliġjonijiet għadhom jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida f'Marzu.
Bil-Fillandiż, ix-xahar hu msejjaħ maaliskuu, kelma li ġejja minn maallinen kuu li tfisser "xahar dinji". Dan għaliex fil-maaliskuu, id-dinja tibda tfeġġ minn taħt is-silġ. Ismijiet storiċi ta' Marzu jinkludu t-terminu Sassonju Lectmonat, imsemmi għall-ekwinozju u t-tul ġdid tal-ġranet.
[editja] Avvenimenti f'Marzu
- Jum San David – 1 ta' Marzu
- Pi Day – 14 ta' Marzu
- Jum San Patrizju – 17 ta' Marzu
- Jum San Ġużepp – 19 ta' Marzu
- Jum il-Missier – 19 ta' Marzu
- Jum il-Pakistan – 23 ta' Marzu
- Ġimgħa l-Kbira (xi Ġimgħat jibdew bejn l-20 ta' Marzu u t-23 ta' April, l-aħħar Ġimgħa qabel l-Għid)
- L-Għid (xi Ħdud bejn it-22 ta' Marzu u l-25 ta' Marzu)