Ekgmowechashalinae
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Ekgmowechashalinae hija sottofamilja ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament mammiferi relatati fil-qrib mal-kolugi (il-mammiferi plaċentati li jipplanaw, tal-kontinent ta' l-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer).
Din il-familja qegħda kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires, fl-ordni Dermoptera, fil-familja Plagiomenidae ma' sottofamilja oħra il-Plagiomeninae.
Is-sottofamilja Ekgmowechashalinae hija l-iżgħar sottofamilja fost it-tnejn tal-familja Plagiomenidae kemm fin-numru ta' ġeneri kif ukoll fin-numru ta' speċi. Din tikkonsisti minn 2 tribujiet (Ekgmowechashalini u Tarkadectini), 3 ġeneri (Ekgmowechashala, Tarka u Tarkadectes) u bosta speċi kollha estinti.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kolugo, Plagiomenidae u Dermoptera)
[editja] Lista ta' l-ispeċi fis-sottofamilja Ekgmowechashalinae
- Sottofamilja Ekgmowechashalinae
- Tribù Ekgmowechashalini
- Ġeneru Ekgmowechashala (MacDonald,1963)
- Ekgmowechashala philotae (MacDonald,1963)
- Ġeneru Ekgmowechashala (MacDonald,1963)
- Tribù Tarkadectini
- Ġeneru Tarka (McKenna 1990)
- Tarka stylifera (McKenna 1990)
- Ġeneru Tarkadectes (McKenna 1990)
- Tarkadectes montanensis (McKenna 1990)
- Ġeneru Tarka (McKenna 1990)
- Tribù Ekgmowechashalini
[editja] Referenzi
- Tassonomija tal-Mammiferi.
- The Taxonomicon sit b' informazzjoni dwar is-Siġra Tassonomika u s-sottofamilja Ekgmowechashalinae.