Tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Malta | ||
---|---|---|
|
||
Federazzjoni: | MFA | |
Kodiċi FIFA: | MLT | |
Magħrufa bħala: | Knights of St John | |
Kowċ: | Dušan Fitzel | |
Rekord preżenzi: | David Carabott (121) | |
Rekord gowls: | Carmel Busuttil (23) | |
Debutt Internazzjonali: Malta 2 - 3 Awstrija Gżira, Malta; 24 ta' Frar 1957 |
||
L-akbar rebħa: Malta 7 - 1 Liechtenstein Ta' Qali, Malta; 26 ta' Marzu 2008 |
||
L-agħar telfa: Spanja 12 - 1 Malta Sivilja, Spanja; 21 ta' Diċembru 1983 |
It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta hi r-rappreżentazzjoni nazzjonali tal-futbol ta' Malta u hi mmexxija mill-Malta Football Association. L-iskwadra qatt m'avvanzat għal xi kompetizzjoni internazzjonali ta' livell għoli u sa Ottubru ta' l-2006 l-iskwadra rebħet biss erba' logħbiet kompetittivi. L-ewwel żewġ rebħiet kienu rebħiet ta' 2-0 u 2-1 ġewwa darhom kontra l-Greċja u l-Iżlanda fil-kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonati Ewropej fl-1975 u l-1982 rispettivament, u t-tielet waħda kienet rebħa ta' 1-0 kontra l-Estonja fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja fl-1993.
Fil-11 ta' Ottubru 2006, Malta rnexxiela tikseb ir-raba' rebħa kompetittiva - rebħa ta' 2-1 kontra l-Ungerija fil-kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonati Ewropej 2008 b'Andre Schembri jiskorja darbtejn. Riżultati oħra mportanti huma żewġ pari, 1-1 u 2-2, kontra l-Ungerija waqt il-kwalifikazzjonijiet għat-Tazza tad-Dinja 1990.
Matul l-2005, Malta rnexxiela tikseb riżultati pożittivi. Żewġ pari ta' 1-1 kontra l-Kroazja u l-Bulgarija. Riżultat ieħor pożittiv kien il-pari ta' 1-1 ġewwa darhom kontra l-Irlanda ta' Fuq. Fl-2006, fl-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ġappun, li kienet intlagħbet bħala preparazzjoni għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja, huma rnexxielhom iżommu r-riżultat 1-0 alavolja laqtu l-gowl kmien fil-partita.
Fis-7 ta' Frar, Malta irnexxielha tikseb pari prestiġjuż kontra wieħed mill-ospitu ta' l-Kampjonati Ewropej 2008, l-Awstrija. Il-logħba ntlagħbet biex tikkommemora l-ħamsin anniversarju ta' l-ewwel logħba internazzjonali li t-tim nazzjonali ta' Malta lagħab. Ir-riżultat finali kien ta' 1-1.
Rizultati ohra importanti kienu draw ta' 2-2, fit-8 ta' Settembtu 2007, kontra t-Turkija, valida ghal-kampjonati ewropej 2008, u r-rebha storika fuq Liechtenstein bl-iskor ta' 7-1 gewwa Ta'Qali, fejn spikka Micheal Mifsud meta skorja 5 gowls.
It-tim hu sponsorizzat minn Diadora.
Werrej |
[editja] Storja
[editja] Kampjonati Ewropej 2008
It-tim nazzjonali Malti, fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, kien fil-grupp flimkien mar-rebbieħa ta' l-edizzjoni ta' l-2004, il-Greċja, u anki mat-Turkija, mal-Bosnia-Ħerżegovina, man-Norveġja, ma' l-Ungerija, u mal-Moldova.
Huma bdew il-kampanja b'żewġ telfiet; l-ewwel kontra l-Bosnia-Ħerżegovina bl-iskor ta' 5-2 b'Jamie Pace u Michael Mifsud jiskorjaw il-gowls tal-Maltin, u kontra t-Turkija bl-iskor ta' 2-0. Wara dawn iż-żewġ telfiet, Malta rnexxielha tikseb ir-raba' rebħa f'logħob kompettitiv, meta rebħu lill-Ungerija 2-1 ġewwa Ta' Qali Stadium. Huma marru fil-vantaġġ permezz ta' Andre Schembri, imma ftit minuti wara l-Ungeriżi kisbu l-gowl tal-pari permezz ta' Sándor Torghelle. Malta reġgħet bdiet tiddomina l-logħob u kisbet il-gowl tar-rebħa meta Andre Schembri għal darb'oħra jissiġilla l-gowl tar-rebħa wara xogħol tajjeb ta' Michael Mifsud. L-entużjażmu tal-Maltin wara din ir-rebħa kien kbir u dan kompla ġewwa l-Moldova, meta l-Maltin kisbu pari prestiġjuż kontra l-Moldova bl-iskor ta' 1-1, fejn Justin Haber irnexxielu jsalva penalty. George Mallia tefa' lil Malta fil-vantaġġ, biex imbagħad Epureanu kiseb il-gowl tal-pari.
Wara l-kunfidenza li rnexxielha tikseb permezz ta' l-erba' punti li kienet għadha kemm kisbet, Malta affrontat lill-Griegi, li kienu r-rebbieħa ta' l-aħħar edizzjoni li saret fil-Portugall. Malta minkejja li sofriet il-possessjoni tal-Greċja ma ċedietx u l-ewwel taqsima ngħalqet b'pari ta' 0-0. Fit-tieni taqsima, il-Maltin baqgħu jsofru sakemm fl-aħħar il-Greċja rnexxielhom imorru fil-vantaġġ wara li Roderick Briffa waqqa' lil Vassilios Tosoridis fil-kaxxa l-kbira, u minn ħdax-il metru Angelo Basinas ma' żbaljax. Wara il-prestazzjoni tajba, Malta lagħbet kontra n-Norveġja ġewwa Ullevål, imma din id-darba l-istorja kienet differenti. Malta sofriet l-ewwel gowl wara tletin minuta minn Kristofer Hæstad. Il-Maltin ma tantx għamlu reazzjoni wara l-gowl, u fl-aħħar kwarta logħob, Malta sofriet tliet gowls oħra minn Thorstein Helstad (73'), Steffen Iversen (79') u John Arne Riise (91').
Fl-ewwel partita ta' ritorn għall-Maltin, li kienet kontra l-Bosnia-Ħerżegovina, Malta marret minn taħt wara sitt minuti permezz ta' Zlatan Muslimović, hekk kif dan il-gowl kien biżżejjed biex il-Bożnijaċi jiksbu t-tliet punti. Kontra t-Turkija, Malta kisbet pari ta' 2-2 fejn għal darbtejn Malta marret fil-vantaġġ permezz ta' Brian Said u Andre Schembri, imma minuti wara l-gowls il-Maltin sofrew il-pari. Kontra l-Ungerija, il-Maltin sofrew u tilfu 2-0 waqt li f'Malta, kontra il-Moldova, il-Maltin kienu saħansitra marru minn taħt 0-3 b'gowls ta' Igor Bugaev u doppjetta ta' Viorel Frunza. Fit-tieni taqsima, il-Maltin irnexxielhom jiksbu żewġ gowls lura permezz ta' Terence Scerri u Michael Mifsud. Fl-aħħar żewġ partiti tal-kampanja ta' kwalifikazzjoni, il-Maltin sofrew total ta' disa' gowls, meta kontra l-Greċja, l-Griegi rebħu 5-0 waqt li ġewwa Ta' Qali, in-Norveġiżi rebħulna 4-1 bil-gowl tal-Maltin jiġi skurjat minn Michael Mifsud.
Malta spiċċat l-aħħar fil-grupp b'ħames punti permezz ta' rebħa u żewġ pari. Il-Greċja u t-Turkija huma ż-żewġ timijiet li kkwalifikaw għall-fażi finali.
[editja] Tazza tad-Dinja 2010
Malta, għall-preliminarji tat-Tazza tad-Dinja 2010, ittellgħet fi grupp A flimkien mal-Portugall, ma' l-Isvezja, mad-Danimarka, ma' l-Ungerija u ma' l-Albanija.
[editja] L-Iskwadra ta' Malta
Gowlers
Difensuri
- Ian Azzopardi
- Ian Ciantar
- Luke Dimech
- Josef Mifsud
- Peter Pullicino
- Brian Said
- Kenneth Scicluna
- Stephen Wellman
Midfielders
- Roderick Bajada
- Etienne Barbara
- Roderick Briffa
- Trevor Cilia
- George Mallia
- Claude Mattocks
- Jamie Pace
- Kevin Sammut
- Gareth Sciberras
Attakkanti
- Gilbert Agius (c)
- Daniel Bogdanovic
- Andrew Cohen
- Michael Mifsud
- Terence Scerri
- Andre Schembri
- Ivan Woods
[editja] Storja tal-Kompetizzjonijiet
[editja] Tazza tad-Dinja
- 1930 sa l-1970 - Ma ħaditx sehem
- 1974 sa l-2006 - Ma kkwalifikatx
[editja] Kampjonati Ewropej
- 1960 - Ma ħaditx sehem
- 1964 - Ma kkwalifikatx
- 1968 - Ma ħaditx sehem
- 1972 sa l-2008 - Ma kkwalifikatx
[editja] Plejers
[editja] Plejers famużi tal-passat u tal-preżent
|
|
|
|
[editja] L-Aktar apparenzi
# | Isem | Perjodu | Partiti | Gowls |
---|---|---|---|---|
|
David Carabott |
|
|
|
|
Carmel Busuttil |
|
|
|
|
Gilbert Agius |
|
|
|
|
Joe Brincat |
|
|
|
|
John Buttigieg |
|
|
|
|
Silvio Vella |
|
|
|
|
Brian Said |
|
|
|
|
Michael Degiorgio |
|
|
|
|
Hubert Suda |
|
|
|
|
Jeffrey Chetcuti |
|
|
|
|
Raymond Vella |
|
|
|
[editja] L-Aqwa skorers
# | Isem | Perjodu | Gowls (App) |
---|---|---|---|
|
Carmel Busuttil |
|
|
|
Michael Mifsud |
|
|
|
David Carabott |
|
|
|
Gilbert Agius |
|
|
|
Hubert Suda |
|
|
|
Kristian Laferla |
|
|
|
Raymond Xuereb |
|
|
|
Joe Brincat |
|
|
|
George Mallia |
|
|
[editja] Kowċis
[editja] Ħoloq Oħra
- Sit Uffiċċjali tal-Federazzjoni tal-Futbol Maltija
- MaltaFootball.com
- Il-Paġna tat-tim nazzjonali ta' Malta fuq UEFA.com
- Riżultati Internazzjonali mill-1957 fuq RSSSF
Timijiet nazzjonali tal-futbol ta' l-Ewropa (UEFA) |
---|
|