Galeopterus variegatus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Kolugo ta' Sunda |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Kolugo ta' Sunda (Galeopterus variegatus)
|
||||||||||||||||||||
Klassifikazzjoni Xjentifika | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Galeopterus variegatus |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
Il-kolugo ta' Sunda jew kolugo Malajan (Galeopterus variegatus) huwa 1 minn 2 speċi ta' kolugi li jiffurmaw l-ordni kollu Dermoptera.
Dan il-mammiferu plaċentat jgħix fil-foresti tropikali tax-Xlokk ta' l-Asja u għandu firxa ħafna akbar minn dik tal-kolugo tal-Filippini (Indoċina, Burma, Tajlandja, Malasja, Sumatra, Ġava u Bornejo) u huwa ħafna aktar komuni.
Għalkemm hemm bosta sottospeċi, fuq bażi ta' studji reċenti ġie propost, li dawn jitnaqqsu għal 4 biss u dawn huma ta' Bornejo, ta' Ġava, ta' Sumatra u tal-Malasja.
Werrej |
[editja] Deskrizjoni
Dan il-kolugo għalkemm ta' daqs żgħir huwa meqjus kbir għal mammiferu tas-siġar. Il-kolugo ta' Sunda jew kolugo Malajan huwa l-akbar miż-żewġ speċi ta' kolugi, għandu l-pil griż fil-kannella u jidher aktar ċar għax huwa ħafna aktar imtebba' mill-kolugo tal-Filippini Cynocephalus volans.
Is-saqajn u l-idejn huma irqaq, ta' tul moderat, kollha ta' l-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.
Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt ta' l-appendiċi kollha li fl-ebda mammiferu ieħor ma' laħqet din il-firxa. Din il-membrana jew pataġjum mifruxa wkoll bejn is-swaba tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament din il-membrana mhux possibli tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Dermoptera
- Familja Cynocephalidae
- Ġeneru Galeopterus
- Kolugo ta' Sunda jew Kolugo Malajan, Galeopterus variegatus
- Sottospeċi
- Galeopterus variegatus abbotti (Lyon,1909)
- Galeopterus variegatus aoris (Miller,1903)
- Galeopterus variegatus chombolis (Lyon,1909)
- Galeopterus variegatus gracilis (Miller,1903)
- Galeopterus variegatus lautensis (Lyon,1909)
- Galeopterus variegatus natunae (Miller,1903)
- Galeopterus variegatus peninsulae (Thomas,1909)
- Galeopterus variegatus perhentianus (Chasen & Kloss,1929)
- Galeopterus variegatus pumilus (Miller,1903)
- Galeopterus variegatus saturatus (Miller,1903)
- Galeopterus variegatus taylori (Thomas,1909)
- Galeopterus variegatus tellonis (Lyon,1908)
- Galeopterus variegatus temminckii (Waterhouse,1838)
- Galeopterus variegatus terutaus (Chasen & Kloss,1929)
- Galeopterus variegatus tuancus (Miller,1903)
- Galeopterus variegatus variegatus (Audebert,1799)
- Sottospeċi
- Kolugo ta' Sunda jew Kolugo Malajan, Galeopterus variegatus
- Ġeneru Galeopterus
- Familja Cynocephalidae
Klassifikazzjoni proposta:
- Ordni Dermoptera
- Familja Cynocephalidae
- Ġeneru Galeopterus
- Kolugo ta' Sunda jew Kolugo Malajan, Galeopterus variegatus
- Sottospeċi
- Kolugo ta' Sunda ta' Borneo, Galeopterus variegatus borneanus
- Kolugo ta' Sunda tal-Malaja, Galeopterus variegatus peninsulae
- Kolugo ta' Sunda ta' Ġava, Galeopterus variegatus variegatus
- Kolugo ta' Sunda ta' Sumatra, Galeopterus variegatus temminckii
- Sottospeċi
- Kolugo ta' Sunda jew Kolugo Malajan, Galeopterus variegatus
- Ġeneru Galeopterus
- Familja Cynocephalidae
[editja] Referenzi
- Stafford, Brian J. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 110.